Minn dan il-weekend jibda xahar ferm impenjattiv !
- Qormi Football Supporters Club EST.2000
- Nov 18, 2021
- 1 min read
Minn dan il-weekend jibda xahar ferm impenjattiv ghall-klabb tagħna b'diversi attivitajiet fosthom il-ftuħ uffiċċjali ta' Di Santos Bar & Dine, nhar il-Ġimgħa 19 ta' Novembru.
Mis-Sibt 20 ta' Novembru nirritornaw għal-logħob kompetittiv fil-kategoriji kollha tal-Qormi Youth Football Nursery u l-Ħadd 21 ta' Novembru jibdew serje' ta' 4 logħbiet deċisivi tat-tim tal-kbar bil-logħba kontra Żurrieq Football Club fit-3pm ġewwa l-Luxol Ground.
It-tim tal-Youths iħares biex jibni fuq ir-rebħa kontra Swieqi United FC fil-logħba ta' nhar it-Tlieta 23 ta' Novembru kontra l- Mqabba FC fit-8.30pm ġewwa Marsaxlokk Ground.
Dejjem magħqudin wara l-klabb u t-timijiet kollha tagħna! Qriema magħquda!

ความคิดเห็น